Kif kien mistenni, ftit tal-ħin ilu, l-Ukrajna ġiet iddikjarata bħala l-pajjiż rebbieħ tas-66 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.

Il-grupp mużikali Ukren Kalush ġie kklassifikat fl-ewwel post bil-kanzunetta Stefania, li oriġinarjament ġiet miktuba għal omm wieħed mill-membri tal-grupp iżda aktar tard iddeċidew li jiddedikaw il-kanzunetta lill-poplu Ukren wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna.

F’dawn l-aħħar ġimgħat, minn wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna, l-Ukrajna baqgħet dejjem tissemma bħala l-aktar pajjiż favorit li jirbaħ il-Eurovision Song Contest.

Mistoqsija li tqajmet kienet dik ta’ fejn isir il-Eurovision minħabba li wieħed jassumi li l-konsegwenzi tal-gwerra jkunu għadhom għaddejjin.

Huwa mifhum li x’aktarx ikun wieħed mill-pajjiżi li huma meqjusa bħala “il-pajjiżi l-kbar” li jospita l-konkors, jiġifieri Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit. Naturalment dan għad irridu niskopruh fil-ġranet li ġejjin!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks