McDonald’s ħabbret li se tħalli r-Russja b’mod permanenti wara aktar minn 30 sena u bdiet tbigħ ir-ristoranti tagħha.
Dan il-pass qed jittieħed wara li għalqet temporanjament it-850 ħanut tagħha f’Marzu.
Il-kumpanija tal-McDonald’s qalet li ħadet d-deċiżjoni minħabba l-“kriżi umanitarja” u “l-ambjent operattiv imprevedibbli” ikkawżat mill-gwerra tal-Ukrajna.
Il-ftuħ tal-ewwel restorant ta’ McDonald’s f’Moska kien fl-1990.
Sena wara, l-Unjoni Sovjetika waqgħet u r-Russja fetħet l-ekonomija tagħha għal kumpaniji mill-Punent. Aktar minn tliet deċennji wara, madankollu, hija waħda minn numru li dejjem qed jikber ta’ korporazzjonijiet li qed jitilqu mir-Russja.
McDonald’s qalet li se tbigħ is-siti kollha tagħha lil xerrej lokali u se tibda l-proċess ta’ “de-arching” tar-ristoranti li jinvolvi t-tneħħija tal-isem, il-marka u l-menu. Se żżomm it-trademarks tagħha fir-Russja.
Il-kumpanija qalet li l-prijoritajiet tagħha kienu jinkludu li tfittex li tiżgura li t-62,000 impjegat tagħha fir-Russja jibqgħu jitħallsu sakemm jitlesta kwalunkwe bejgħ u li jkollhom impjieg ma’ kwalunkwe xerrej potenzjali.
