Ingredjenti (għal 4 porzjonijiet):

Għall-Hummus:

Żewġ bottijiet ċiċri, imlaħlaħ u msaffi

Żewġ imgħaref Tahini paste

Żewġ sinniet tewm, imqaxxra

Żewġ imgħaref meraq tal-lumi frisk

Tazza yogurt plain

Nofs kuċċarina melħ

Nofs kuċċarina paprika ħelwa

Żewġ imgħaref tursin frisk

Għaċ-Ċanga:

600g ċanga ikkapuljat

Basla kbira, imqatta’ rqiqa

Sinna tewm, imqatta’ rqiqa

Nofs kuċċarina kemmun midħun

Nofs kuċċarina kosbor midħun

Nofs kuċċarina oregano

Kwart kuċċarina bżar cayenne

Nofs kuċċarina bżar iswed

Nofs kuċċarina melħ

Kwart ta’ kuċċarina ħwawar imħallat

4 imgħaref stokk taċ-ċanga

Għat-tiżjin:

Żewġ imgħaref kosbor frisk imqatta

Żewġ imgħaref ġobon parmesan

Metodu:

Għall-Hummus:

  • Poġġi ċ-ċiċri, it-tahini, it-tewm, il-meraq tal-lumi, il-yogurt, il-melħ, il-paprika ħelwa, u t-tursin f’food processor.
  • Agħmilhom purée sakemm ikollok pejst magħqud.

Għaċ-ċanga pikkanti:

  • Żid il-kapuljat f’taġen kbir flimkien mal-basla, it-tewm, il-kemmun, il-kosbor, l-oregano, il-bżar cayenne, il-bżar iswed, il-melħ, u l-ħwawar imħallat.
  • Qalli fuq nar baxx u ħawwad spiss, sakemm il-laħam jieħu kulur kannella u l-basla tirtab.
  • Żid l-istokk taċ-ċanga, ħawwad sew u kompli tektek sakemm l-istokk jonqos bin-nofs.
  • Irranġa l-Hummus fuq il-platti. Għamel speċi ta’ ħofra fin-nofs u żid it-taħlita fiċ-ċentru.
  • Żejjen bil-kosbor u ġobon.
  • Servi sħun ma’ ħobż pita.

L-ikla t-tajba!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks