Żiemel miet wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari u spiċċa fit-Triq Mikiel Anton Vassalli, l-Imsida.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ filgħodu u huwa mifhum li ż-żiemel waqa’ minn xi għalqa u spiċċa fi triq traffikuża.

Flimkien mal-Pulizija, li marru fuq il-post biex jikkontrollaw it-traffiku, marru wkoll uffiċjali tal-Animal Welfare iżda sfortunatament iż-żiemel miet mal-waqgħa.

Skont rapport minn tvmnews, jidher li għal xi raġuni ż-żiemel sfratta u waqa’ għal isfel.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks