Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Peppi Azzopardi esprima r-reazzjoni tiegħu għal dawk li kkritikaw li l-Ukrajna rebħet il-Eurovision Song Contest abbażi ta’ simpatija lejn dak li għaddej minnu l-pajjiż bħalissa.
Filwaqt li semma storja ta’ mara li dakinhar li welldet it-tarbija, ir-raġel tagħha ġie maqtul hu u jiddefendi lill-pajjiżu fil-gwerra kontra r-Russja, qal li fil-Eurovision, in-nies tkellmu f’isem dik it-tarbija li qalulha lil missierha.
Peppi qal li n-nies dawwru l-Eurovision f’għodda ta’ protesta u ħadu deċiżjoni politika anki jekk, bħalu, għoġbitu l-iktar tal-Iżvezja.
B’reazzjoni għal dawk li, skont hu, tkażaw għax ħallatna l-politika mal-mużika għax l-arti m’għandhiex ikollha kuluri, huwa qal li fl-opinjoni tiegħu, kanzunetta ma tkunx artistika jekk tinjora l-mijiet ta’ tfal li, sakemm qed taqra, laħqu splodewhom.
Kompla jgħid li għalih, l-arti mhix arti jekk l-artisti jibqgħu komdi u ħadd ma jkanta f’isem l-immigranti li qed jintbagħtu lura Libja u jkunu stuprati, ittorturati u maqtula.
L-artisti ta’ veru, skont Peppi, ma jibżgħux li jinftiehmu ħażin, li ma jibqgħux jippruvaw jintgħoġbu ma’ kulħadd u li ma jibżgħux mill-poter politiku jew multi miljunarji.
Saħaq li l-arti newtrali mhix arti imma aljenazzjoni.
“F’dan il-Eurovision, in-nies ma baqgħux newtrali u sewwa għamlu. In-newtralità postha ċ-ċimiterju.”
Peppi Azzopardi
