Ftit tal-ħin ilu, għall-ħabta tad-20:45, fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, Moira Delia tellgħet filmat li juri li kienet għadha kemm ġabret u salvat mit-triq qattus marid.

Fil-filmat, filwaqt li qalet li bħalha hawn ħafna, li jitimgħu, jaqbdu l-qtates morda u jsewwuhom minn buthom, sostniet li għalhekk ilhom ħafna jitkarbu għal neutering campaign biex ikun hawn inqas tbatija.

Hija qalet li minkejja li l-awtoritajiet ilhom jisimgħu l-karba tagħhom u minkejja ħafna wegħdiet, il-kampanja għadha ma bdietx.

Saħqet li kull ma jridu huwa li min jitma’ l-annimali bħalha, ma jiġux mhedda min-nies li ma jimpurtahomx mill-qtates ta’ barra.

“Imbagħad imorru jintefqu xi 10 miljuni fuq il-biċċerija, imma mbagħad għal ambulanza tal-annimali diċenti bl-ac u bl-apparat li għandna bżonn m’għandniex flus.”

Moira Delia

Moira sostniet li m’hemmx għalfejn konsultazzjoni għaliex kulħadd jaf x’hemm bżonn u xi jrid isir, aktar investiment u għajnuna lill-qtates. Reġgħet enfasizzat ukoll li min jitma’ l-qtates ta’ barra m’għandux għalfejn jiġi mhedded minn ċerti li nies li mingħalihom għandhom il-poter.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks