Select Page

Wara nuqqas ta’ sentejn tal-karnival tradizzjonali, bosta jinsabu ħerqana għall-weekend li ġej!

Dan għaliex, wara tant stennija, il-karnival se jkun jista’ jiġi ċċelebrat b’mod tradizzjonali u mingħajr restrizzjonijiet tal-Covid-19.

Naturalment, ma jistax jasal il-karnival u ma jkunx hemm id-dramm satiriku, il-Qarċilla!

Għalkemm il-Qarċilla saret anki fis-sentejn li għaddew, b’mod differenti mis-soltu u rnexxielha tikseb suċċess xorta waħda, din id-darba, wieħed se jkun jista’ jsegwi l-Qarċilla live, kif isir tradizzjonalment!

Il-Qarċilla, b’kitba ta’ Ċikku u l-Poplu u produzzjoni ta’ Joseph Galea, il-Qarċilla se tiġi interpretata mill-atturi Matthew Balzan, Patrick Tanti, Fabio Mifsud, Sandro Vella, Brian Farrugia, Rachel Micallef, Nathaniel Galea, Maria Galea Farrugia, Ryan Galea u Stephanie Sacco, nhar is-Sibt il-21 u l-Ħadd it-22 ta’ Mejju mill-16:00, kull siegħa, fi Pjazza San Ġwann, il-Belt Valletta.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks