F’messaġġi bit-Taljan, Ingliż u Spanjol fuq Instagram Stories, il-kantanta Laura Pausini ħabbret li rriżultat pożittiva għall-Covid-19.

Dan jispjega wkoll ir-raġuni li ġegħlitha tkun assenti għal 20 minuta waqt il-finali tal-Eurovision nhar is-Sibt li għadda.

L-għada tal-finali, Laura Pausini kienet qalet li kellha twarrab ftit minn fuq il-palk tal-Eurovision minħabba li kienet niżlitilha xi ftit il-pressjoni.

Fl-aħħar messaġġ tagħha, Pausini qalet li ilha mis-Sibt ma tħossha tajjeb iżda ħasbet li dak li kienet qed tħoss kien ikkawżat mill-għeja akkumulata fl-aħħar xhur. Madanakollu, skopriet li ma kienx hekk wara li r-riżultat pożittiva għall-Covid-19.

Il-kantanta qalet li tinsab iżolata u ma tistax tivvjaġġa għaldaqstant mhix se tkun tista’ tivvjaġġa lejn Florida fejn kienet ippjanata li tati spettaklu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks