L-awtorità tas-saħħa Daniża ħabbret li d-Danimarka se tipprovdi vaċċini prodotti minn Bavarian Nordic għal dawk li jkollhom kuntatt dirett ma’ persuni infettati bil-Monkeypox.
Il-vaċċin se jkun qed jingħata wara li wieħed ikun ġie espost għall-infezzjoni u huwa maħsub biex inaqqas ir-riskju ta’ sintomi serji.
Kien hemm aktar minn 100 każ ta’ Monkeypox suspettat jew ikkonfermat fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ Fuq, marda li normalment tinstab fl-Afrika tal-Punent u ċentrali, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Id-Danimarka rreġistrat żewġ każijiet ta’ infezzjoni tal-Monkeypox matul it-tifqigħa attwali.
Ikkumenta
