Bħal-lum 20 sena ilu, l-interpretazzjoni ta’ 7th Wonder minn Ira Losco, wasslet lil Malta biex tikklassifika fit-tieni post għall-ewwel darba fil-Eurovision Song Contest li kien sar fl-Estonja.

Mhux biss kien mument memorabbli għall-Maltin, partikolarment dawk li jħobbu l-Eurovision għall-fatt li Malta kienet 12-il punt biss ‘il bogħod minn dik ir-rebħa li tant ilna nittamaw għaliha, imma ċertament il-kanzunetta 7th Wonder baqgħet waħda mill-kanzunetti tant maħbuba u popolari sal-ġurnata tal-lum.

Fuq il-midja soċjali tagħha dalgħodu, Ira Losco fakkret dan il-mument speċjali kif ukoll saħqet li dak li kisbet wara l-Eurovision huwa ħafna aktar importanti mill-klassifikazzjoni. Hija qalet li dak il-mument immarka l-bidu ta’ 20 sena karriera li wasslitha tagħmel u taqsam il-mużika sal-lum il-ġurnata.

Ira kkonkludiet il-post tagħha billi qalet li tinsab ħerqana għat-tnedijiet li ġejjin.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks