Dalgħodu, permezz ta’ filmat fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, Maria La Barokka Muscat għaddiet messaġġ li jirrifletti r-realtà li ngħixu kull wieħed u waħda minnha.
Fil-filmat, Maria qalet li meta naraw dawk ir-ritratti sbieħ fuq il-midja soċjali, ta’ nies jippużaw u ferħanin, mhux kulħadd ikun verament ferħan wara dak ir-ritratt. Żiedet tgħid li forsi dak ir-ritratt ikun qed jaħbi qalb imweġġa’.
..U għalhekk nixtieqek tagħmel kuraġġ. Fid-dinja lkoll għandna s-salib tagħna, ta’ min jidher u ta’ min ma jidhirx, min jitkellem u min ma jitkellimx. Int min int, agħmel kuraġġ u nafdaw f’Alla.”
Maria La Barokka Muscat
Bħala persuna li tħaddan il-fidi, Maria sostniet li hija temmen li dik it-talba filgħodu tagħmel id-differenza.
Posted by Maria La Barokka Muscat on Thursday, May 26, 2022
