F’Sibtek se jakkumpanjaw lil Ryan u Josmar l-istilista Celine Paris, il-kantanta Raquel Galdes, Mark Anthony Bartolo u mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ TVM Liam Carter.

Se naraw lil dawn il-personalitajiet Maltin jgħaddu minn diversi sfidi u ċajt!

F’Sibtek li jmiss se naraw ukoll filmati esklussivi minn wara il-kwinti tal-ħajja ta’ Liam! Filmati li qatt ma dehru qabel!!

Waqt din l-edizzjoni kollha se jkollhom ukoll mistiedna speċjali li ġejjin fl-istudjow biex jintervistawhom!

Imma għaliex u x’se jkun ir-rwol tagħhom?

Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna. Ma tonqosx il-mużika live flimkien ma’ Christian Arding.

Jekk tħobb issegwi Sibtek, l-appuntament ta’ kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12:15 ‘l quddiem, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks