Omm ta’ tifel li jgħix bl-awtiżmu qasmet fuq il-midja soċjali esperjenza xejn sabiħa li kellhom hi u r-raġel tagħha waqt li kienu f’kafetterija, Tigne Point.
Hija spjegat kif minkejja li kienu barra, fuq l-aħħar mejda u kien hemm diversi imwejjed vojta, raġel li kien madwar 5 imwejjed ‘il bogħod minnhom, beda jilmenta u jgħajjat minħabba ħsejjes li sema’ u jgħidilha biex issikket lit-tifel.
L-omm qalet li meta marret tgħidlu li t-tifel għandu l-awtiżmu u staqsietu jekk jafx x’jiġifieri, ir-raġel weġibha li ma jinteressahx x’għandu binha u reġa’ qalilha biex issiktu.
Hija rrimarkat dwar il-fatt li hawn ġenituri li ma joħorġux ma’ uliedhom li jgħixu bl-awtiżmu minħabba li forsi jiddejqu li n-nies iħarsu lejhom. Filwaqt li qalet li nies bħal dawn lilha ma’ jaffettwawhiex, persuni bħal dan ir-raġel jistgħu jaffettwaw lil dawn il-ġenituri.

Dalghodu jien u r-ragel tieghi konna Tigne Point f’kafetterija, barra fuq l-ahhar mejda, mat-tifel taghna Karl li ghandu…
Posted by Val Sacco Muscat on Tuesday, May 24, 2022
