Il-membru parlamentari Nazzjonalista Julie Zahra rreaġixxiet għall-kummenti u l-kontroversja li nqalgħet wara li nhar it-Tnejn ħadet lit-tifla tagħha Nina Mae il-Parlament.

F’post, il-membru parlamentari Nazzjonalista Julie Zahra qalet li segwiet b’interess kbir id-diskussjoni li qamet wara li ħadet lit-tifla tagħha l-Parlament u li apparti l-insulti u t-tgħajjir, li stqarret li kienu anke lejn it-tifla tagħha ta’ 4 snin, tħossha sodisfatta li qajmet kuxjenza biex tkompliet id-diskussjoni dwar ir-rwol ta’ mara li tkun omm fid-dinja tax-xogħol.

Hija saħqet li l-argument li jrid isir m’għandux ikun jekk post it-tfal hux fil-Parlament iżda li nagħrfu r-realtajiet ta’ għexieren ta’ eluf ta’ nisa, li huma wkoll ommijiet, li ta’ kuljum isibu diffikultajiet kbar sabiex isibu l-bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u l-karriera.

Żiedet tgħid li din mhix biss problema li teżisti fil-Parlament Malti biss iżda f’ħafna postijiet tax-xogħol oħra li għandna f’pajjiżna.

“Jekk irridu nkunu verament inklussivi, irridu niggarantixxu li kull omm li tagħżel li tibqa’ taħdem jew ikollha karriera, ikollha wkoll il-faċilitajiet kollha biex tagħmel dan, inkella nkunu qegħdin biss nippontifikaw li rridu l-ugwaljanza iżda nuru, li ladarba mara jkollha t-tfal, postha hu d-dar.”

Il-membru parlamentari Nazzjonalista Julie Zahra

Segwejt b’interess kbir id-diskussjoni li qamet wara li jien ħadt lit-tifla tiegħi il-Parlament din il-ġimgħa. Apparti…

Posted by JulieZahra.mt on Wednesday, May 25, 2022

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks