Select Page

Ir-raġel ta’ waħda mill-għalliema maqtula fl-attakk li seħħ fi skola nhar it-Tlieta f’Uvalde, Texas, kien rappurtat li miet b’attakk tal-qalb.

Joe Garcia kien ir-raġel ta’ Irma Garcia, li għallmet għal 23 sena fl-Iskola Elementari Robb.

Garcia kienet waħda miż-żewġ għalliema li nqatlu minn żagħżugħ fl-isparaturi li ħallew 21 persuna mejta, inklużi 19-il tifel u tifla.

Ġie rrappurtat li Joe Garcia miet b’attakk tal-qalb. Membri tal-familja tal-mara tiegħu Irma qalu li r-raġel miet b’qalb maqsuma wara l-qtil ta’ martu.

Huma kienu ilhom 24 sena miżżewġin u ħallew warajhom erbat itfal, żewġ subien u żewġt ibniet, li jvarjaw minn 12 sa 23 sena.

Wara l-isparatura fatali f’Uvalde, in-neputi ta’ Irma Garcia, John Martinez qal li nstabet minn uffiċjali tħaddan it-tfal f’idejha kważi sal-aħħar nifs tagħha.

Sostna li kienet eroj, għaliex issagrifikat lilha nnifisha biex tipproteġi lit-tfal fil-klassi tagħha.

Garcia u l-għalliema l-oħra li nqatlu fl-isparaturi, Eva Mireles, kienu ilhom jgħallmu flimkien għal ħames snin u kellhom aktar minn 40 sena esperjenza bejniethom.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks