Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, l-attur Clint Chircop qal li jinsab lura d-dar u għan-normalità wara esperjenza qarsa li ġarrab f’dawn l-aħħar jiem.

Ċertament kienu ħafna segwaċi u kollegi li nħasdu hekk kif Clint żvela li tah riħ ta’ puplesija.

“Li ta’ 34 sena, meta tkun mingħalik li tarmi s-saħħa, jgħidulek li tak riħ ta’ puplesija hija xi ħaġa li għadni ma nistax inniżżilha. Tħossok żgħir u b’saħħtek u taħseb li ħaġa bħal din mhux ħa tolqot lilek.”

Clint Chircop

Clint qal li se jieħu tagħlima minn din l-esperjenza u jirringrazzja ‘l Alla għaliex il-konsegwenzi setgħu kienu ħafna agħar.

Minkejja li fortunatament ma ħallietlu l-ebda effett, Clint stqarr li hemm bżonn li jagħmel bidla fil-mod ta’ kif jgħix u sostna li se jkun qed jieqaf ipejjep, jiekol ikel aktar bnin u jżomm ruħu fiżikament attiv.

Fil-post tiegħu, Clint wissa biex wieħed ma jiċċajtax ma’ saħħtu.

Fl-aħħar nett huwa rringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor ikkomunika miegħu, kif ukoll lill-istaff kollu ta’ Neuro Medical Ward ta’ dak kollu li għamlu miegħu.

Lura d-dar u lura ghan-normalita’ wara 4 t’ijiem xejn pjaċevoli. Din l-esperjenza se noħodha b’tagħlima u nirringrazzja …

Posted by Clint Chircop on Wednesday, May 25, 2022

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks