Select Page

L-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika ħabbru li nstabet l-ewwel persuna residenti f’Malta pożittiva għall-Monkeypox.

Ir-raġel, li għandu 38 sena, kien imsiefer riċentament f’pajjiż fejn ġew ikkonfermati xi każijiet ta’ Monkeypox.

Jidher li r-raġel għandu sintomi ħfief u m’għandux bżonn li jkun ikkurat l-isptar. Fil-fatt, ġie mitlub jibqa’ f’iżolament id-dar.

Il-Monkeypox hija infezzjoni rari kkawżata minn virus li ma jinxteridx faċilment minn persuna għal oħra. Fil-maġġoranza tal-każijiet hija marda ħafifa li ma jkunx hemm bżonn kura għaliha u l-pazjent jirkupra minnha fi ftit ġimgħat.

L-ewwel sintomi tal-Monkeypox jinkludu deni, uġigħ ta’ ras, uġigħ fil-muskoli, uġigħ fid-dahar, glandoli ffjammati, tkexkix ta’ bard u għeja.

Jista’ jiżviluppa wkoll raxx, li ħafna drabi jibda’ fil-wiċċ, imbagħad jinfirex ma’ partijiet oħra tal-ġisem. Ir-raxx jinbidel u jgħaddi minn ħafna stadji sakemm fl-aħħar jifforma qoxra, li taqa’ wara ftit żmien.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa jfakkru li huwa dejjem importanti li żżomm idejk nodfa u li taħsel idejk ta’ spiss bl-ilma u s-sapun jew b’sanitiser li fih l-alkoħol, speċjalment wara li tiġi f’kuntatt ma’ xi ħadd li jkun ma jiflaħx.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks