Select Page

Il-personalitajiet televiżivi Jurgen Manicolo u Mandy Vella, Jurgen Ciantar u Geordie Schembri, il-kantanti Karen Debattista, Eleanor Spiteri, Eliana Gomez Blanco, Laura Bruno u Ivan Spiteri Lucas, kif ukoll l-illużjonisti Lorenzo u Christian se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li jixxandar fuq Net TV kull nhar ta’ Sibt fit-20.30.

Bi preżentazzjoni ta’ Victorio Gauci din il-ġimgħa The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Minn dan l-istaġun The Entertainers qed jiċċelebra memorji minn deċennji li għaddew u li llum huma biss tifkiriet. F’dan il-programm imiss is-snin 60 u s-snin 80.

Minbarra l-mużika, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikompli l-logħob bejn il-mistiedna li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq fomm it-telespettatri.

Din il-ġimgħa jkomplu s-semi final tas-seba’ edizzjoni ta’ The Entertainers Singing Challenge.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu Fashion Time ma’ Josette Sciberras u l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks