Il-Ħadd wara nofsinhar tħabbret il-mewt tal-eks Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Tony Zarb fl-età ta’ 68 sena.
Huwa serva bħala Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union għal 17-il sena, bejn l-1998 u l-2015.
Fl-2020, huwa nħatar bħala Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Pensjonanti fi ħdan il-Ġeneral Workers’ Union.
Huwa mifhum li saħħet Tony Zarb kienet ilha sejra lura u dan l-aħħar huwa kien jinsab rikoverat l-isptar.
Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, ibnu, Elton Zarb ħabbar il-mewt ta’ missieru filwaqt li qal li qatt ma basar li kien se jkollu jikteb dan il-messaġġ.
Qatt ma bsart li kelli nikteb dan il-Messagg. u kliem ma ghandix f’ dan il-mument tant difficli. L-ghaziz missieri halla din id-dinja illum. Pa l-imhabba li ghandi ghalik m’hu ser tmut qatt INHOBBOK 😢😢
Posted by Elton Zee on Sunday, May 29, 2022
