Bħalissa għaddejja ħidma mill-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili wara li nar qawwi ħafna ħakem f’Wied Għomor f’San Ġiljan għall-ħabta tas-2 ta’ wara nofsinhar.
Daħna qawwija affettwat il-lokalitajiet tal-madwar fosthom is-Swieqi u San Ġwann b’bosta residenti rrappurtaw li niżel irmied fil-btieħi u l-bjut tagħhom.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei kif ukoll mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali minħabba li xi annimali, fosthom żwiemel li jgħixu f’razzett fil-wied, belgħu ammont kbir ta’ duħħan.
Kawża ta’ daħna kbira li ħakmet l-akwati, diversi toroq ingħalqu fosthom Triq l-Ibraġ, wara li n-nar infirex f’diversi partijiet tal-wied.
Is-sewwieqa huma mitluba jevitaw Triq l-Ibraġ, l-Ibraġ, minħabba li t-triq tinsab temporanjament magħluqa minħabba n-nirien.
Il-Pulizija qed titlob ukoll biex ir-residenti tal-akwarju jżommu t-twieqi ta’ djarhom magħluqa.
🇲🇹 Is-sewwieqa huma mitluba jevitaw Triq l-Ibraġġ, l-Ibraġġ, minħabba li t-triq tinstab temporanjament magħluqa minħabba…
Posted by The Malta Police Force on Monday, May 30, 2022
