Ingredjenti (għal żewġ persuni):
Żewġ panini rotob maqsumin min-nofs.. u preferibbilment sħan jew toasted
4 slajsis bejken (back), mixwi jew moqli
Butir jew ġobon artab biex iddellek il-panini
4 bajdiet poached (metodu hawn taħt)
Kuċċarina ħall abjad
Hollandaise sauce (Riċetta hawn taħt)
Ingredjenti għall-Hollandaise sauce:
Żewġ isfra tal-bajd
Żewġ imgħaref meraq tal-lumi
Niskata bżar abjad midħun
Kwart ta’ kuċċarina Worcestershire sauce
Tablespoon ilma
10g butir, imdewweb
Kwart ta’ kuċċarina melħ
Metodu:
- Imla l-kazzola żgħira tal-qiegħ parzjalment bl-ilma.
- Poġġi kazzola iżgħar ġewwa fiha.
- Kun żgur li l-ilma ma jmissx il-kazzola ta’ fuq.
- Dan biex issajjar iz-zalza Hollandaise bil-metodu Banju Maria.
- Ħalli l-ilma fil-kazzola tal-qiegħ itektek fuq nar baxx ħafna.
- Imbagħad, fil-kazzola ta’ fuq, ħallat flimkien l-isfar tal-bajd, il-meraq tal-lumi, il-bżar abjad, il-Worcestershire sauce, u l-ilma. Trid tibqa’ tħawwad kontinwament.
- Żid il-butir imdewweb mgħarfa mgħarfa mat-taħlita tal-isfar tal-bajd filwaqt li tkompli tħawwad.
- Kompli ħawwad sakemm il-butir kollu jiġi inkorporat. Żid il-melħ, u neħħi minn fuq in-nar.
- Poġġi għatu fuq il-kazzola biex iżżomm iz-zalza sħuna.
Metodu għall-poached eggs:
- Imla kazzola kbira b’4 pulzieri ilma.
- Saħħan l-ilma sakemm jibda jtektek, imbagħad żid il-ħall.
- Ħawwad l-ilma b’kuċċarina biex toħloq speċi ta’ vortiċi fin-nofs.
- Imbagħad b’attenzjoni ofsoq il-bajd fl-ilma, u ħallih isir għal 3 minuti.
- Neħħi l-bajd mill-ilma b’kuċċarina slotted.
- Idlek in-nofsijiet tal-panini bil-butir jew bil-ġobon.
- Poġġi żewġ nofsijet fuq kull platt, u fuq kull nofs poġġi slice bacon u bajda poached.
- Ferra’ z-zalza hollandaise fuq kull bajda.
- Servi immedjatament.

L-ikla t-tajba!
Ikkumenta

Kontributriċi