Għalkemm il-ġurija sabet kemm lil Amber Heard kif ukoll lil Johnny Depp responsabbli għal malafama fil-kawżi tagħhom kontra xulxin, Johnny Depp rebaħ il-kawża ta’ libell kontra l-eks mara tiegħu Amber Heard, hekk kif ir-riżultat tal-verdett wassal lil Depp jirbaħ $10 miljun f’danni kumpensatorji u $5 miljun dollaru f’danni punittivi filwaqt li Heard rebħet $2 miljun f’danni kumpensatorji u l-ebda flus għal danni punittivi.

Depp fetaħ kawża ta’ libell kontra Heard, l-eks-mara tiegħu, għal malafama dwar artiklu li kitbet fl-2018 għal The Washington Post fejn iddeskriviet lilha nnfisha bħala “figura pubblika li tirrappreżenta l-abbuż domestiku.”

Għalkemm Depp ma kienx imsemmi fl-artiklu, huwa jsostni li dan affettwa b’mod negattiv il-karriera ta’ attur tiegħu. Heard fetħet kawża lill-eks żewġha għal malafama minħabba dikjarazzjonijiet li għamel l-avukat ta’ Depp dwar id-dikjarazzjonijiet ta’ abbuż tagħha.

Meta analizzat id-dikjarazzjonijiet, il-ġurija sabet li ż-żewġ eksis immalafamaw lil xulxin.

Depp talab $50 miljun f’danni u Heard talbet $100 miljun. Id-danni punittivi fl-istat ta’ Virginia huma limitati għal $350,000, għalhekk l-imħallef naqqas l-għoti tad-danni punittivi għall-ammont li ngħata.

Heard kienet preżenti fil-qortiwaqt il-verdett iżda Depp ma kienx.

Fi stqarrija, Heard qalet li tinsab b’qalbha maqsuma minħabba l-verdett.

Hija qalet li l-iktar li tħossha diżappuntata huwa b’dak li jfisser dan il-verdett għal nisa oħra. Żiedet tgħid li dan il-verdett huwa daqqa ta’ ħarta u jreġġa’ lura l-arloġġ għal żmien meta mara li kienet titkellem u semma’ leħinha setgħet tiġi umiljata pubblikament, u jreġġa’ lura l-idea li l-vjolenza fuq in-nisa għandha tittieħed bis-serjetà.

Depp u Heard iltaqgħu fl-2009 fuq is-sett tal-film tagħhom “The Rum Diary” u kienu miżżewġin mill-2015-2016 qabel iddivorzjaw.

Fix-xhieda tagħha, Heard qalet li Depp kien abbużiv verbalment u fiżikament waqt ir-relazzjoni tagħhom. Hija akkużat ukoll lil Depp bi vjolenza sesswali.

Depp sostna diversi drabi fuq l-istand li hu qatt ma refa’ idejh fuq mara, ċaħad l-allegazzjoni ta’ Heard ta’ abbuż sesswali u sejjaħ lilu nnifsu vittma ta’ abbuż domestiku minn Heard, li hija tiċħad.

Waqt il-ġuri, l-avukati kemm għal Heard kif ukoll għal Depp ippreżentaw ritratti u recordings ta’ awdjo u vidjows biex jagħmlu l-każijiet tagħhom.

Laurel Anderson, psikologa klinika li ħadmet ma’ Depp u Heard fl-2015 bħala l-konsulent taż-żwieġ tagħhom, qalet f’xhieda fl-14 ta’ April li r-relazzjoni tal-koppja kellha dak li hi kkaratterizzat bħala “abbuż reċiproku.”

Matul il-ġuri, it-tim ta’ Depp ippreżenta xhieda li kienu jinkludu l-mudella Kate Moss, li magħha kellu relazzjoni qabel, u Walter Hamada, il-kap ta’ DC Films.

F’isem Heard xehdu l-attriċi Ellen Barkin u għadd ta’ eks kollegi ta’ Depp.

Heard kellha notevolment inqas sapport minn Depp b’mod inġenerali, inkluż fil-qorti.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks