Reġa’ wasal Sibtek u għal darb’oħra Ryan u Josmar se jlaqqgħuna ma’ diversi personalitajiet fosthom l-istilla minn X Factor Lisa Gauci, il-komiku Rodney Gauci, l-attriċi Sarah Camilleri li rebħet unur fil-Malta Film Awards u ż-żeffien u attur Rudy Catania.
Naturalment, dawn il-personalitajiet Maltin se jgħaddu minn diversi sfidi u ċajt!
Se naraw ukoll filmati ta’ ħajjithom u ritratti minn albums personali wkoll!
Se jiġu wkoll mistiedna speċjali għall-personalitajiet! Imma min u għaliex?!
Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna.
Ma tonqosx ukoll il-mużika live flimkien ma’ Christian Arding.
Jekk tħobb issegwi Sibtek, l-appuntament ta’ kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12:15 ‘l quddiem, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!
