Hekk kif il-ġlied ikompli jintensifika, partikolarment fil-belt ewlenija tal-Lvant ta’ Severodonetsk, il-gwerra issa daħlet fil-100 jum tagħha, minn wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna.

S’issa, 20 fil-mija tat-territorju Ukren jinsab taħt il-kontroll tal-armata Russa.

F’messaġġ li wassal permezz ta’ vidjow, il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li l-Ukreni ilhom 100 jum jiddefendu lil pajjiżhom kontra l-aggressjoni Russa u li r-rebħa se tkun tal-Ukrajna.

Il-Kelliem tal-Kremlin Dmitry Peskov qal li fl-ewwel 100 jum tal-gwerra fl-Ukrajna nkisbu “ċerti riżultati” iżda l-“ħidma” se tkompli sakemm jintlaħqu l-miri kollha.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks