Wara rapport ippreżentat minn tliet psikjatri, il-Qorti ddeċidiet li Abner Aquilina kien fi stat ta’ ġenn meta stupra u qatel lil Paulina Dembska.

It-tliet psikjatri qalu li bħalissa Abner mhuwiex mentalment b’saħħtu biex jgħaddi ġuri.

Il-każ kien ġie differit sakemm saret eżaminazzjoni u sar ir-rapport.

Abner Aquilina, li qed jiġi akkużat li stupra u qatel lil Paulina Dembska, kien qal li kellu setgħat mid-dimonju u li waqt l-omiċidju kien fil-pussess tax-xitan.

Wara d-deċiżjoni tal-Qorti, l-akkużat deher jgħannaq lill-avukat tiegħu.

Il-każ mistenni jkompli jinstema’ fil-15 ta’ Lulju.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks