Il-kantanta Mariah Carey qed tiġi mfittxija għall-ksur tad-drittijiet tal-awtur fuq il-hit tagħha tal-Milied tal-1994, All I Want For Christmas Is You.
L-awtur tal-kanzunetti Andy Stone jgħid li flimkien ma’ awtur ieħor kiteb kanzunetta bl-istess isem ħames snin qabel, u qed jargumenta li Carey sfruttat il-“popolarità” u l-“istil” tiegħu.
Minkejja li għandhom l-istess titlu, iż-żewġ kanzunetti jidhru mużikalment differenti, iżda Stone isostni li Carey ikkawżat konfużjoni u ma talbitx permess.
Maria Carey għadha ma weġbitx għal dan.
Issibha fuq kull playlist tal-Milied, All I Want For Christmas Is You ta’ Mariah Carey hija waħda mill-aktar diski magħrufa tal-Milied ta’ kull żmien.
Minn mindu tnediet fl-album Merry Christmas fl-1994, kienet fil-quċċata tal-klassifika mużikali f’diversi pajjiżi u sal-2017 kien irrappurtat li Carey qalgħet aktar minn $60 miljun f’royalties.
Il-kanzunetta ġiet streamed biljun darba fuq Spotify.
F’memoir reċenti, Carey ammettiet li kkomponiet il-biċċa l-kbira tal-kanzunetta fuq keyboard Casio, żgħira u rħisa.
Stone, li magħruf bħala Vince Vance mal-band Vince Vance and the Valiants, qed jitlob mill-inqas $20m f’danni.
L-ilment jgħid li Carey, kif ukoll il-ko-awtur tagħha Walter Afanasieff u l-kumpanija tad-diski Sony Music Entertainment, qalgħu “profitti mhux mistħoqq” mill-kanzunetta, bl-argument li l-akkużati “xjentement, volontarjament, u intenzjonalment involuti f’kampanja” biex jiksru d-drittijiet tal-awtur.
Stone qed jargumenta li qatt ma ta permess biex il-kanzunetta tiegħu tintuża għal kwalunkwe skop.
Mhux ċar għaliex il-kawża legali saret issa, 28 sena wara li ħarġet il-kanzunetta ta’ Carey.
L-ilment jgħid li l-avukati ta’ Stone l-ewwel ikkuntattjaw li Carey is-sena li għaddiet, iżda ma setgħux jaslu għal xi ftehim.
Mhix ħaġa li mhijiex tas-soltu li kanzunetti differenti jkollhom l-istess isem. L-Uffiċċju tad-Drittijiet tal-Awtur tal-Istati Uniti jelenka 177 kanzunetta fuq is-sit elettroniku tiegħu taħt it-titlu All I Want For Christmas Is You.
