Wara tant stennija, il-koppja Clayton Żammit magħruf bħala iċ-Ċomba u Charis Busuttil, illum se jissiġillaw ir-relazzjoni tagħhom permezz taż-żwieġ.
Żgur li f’xi ħin jew ieħor smajtu dwar l-istorja ta’ mħabba tal-koppja li nibtet fi ftit żmien, u r-rispett u l-imħabba li Clayton għandu lejn ulied Charis. Issa jinsabu ħerqana għal kapitlu ġdid f’ħajjithom.
Wara li l-attur Clayton iċ-Ċomba ilu dawn l-aħħar ġimgħat jagħmel il-countdown u jesprimi mħabbtu lejn Charis, illum kien imiss lilha li tagħmel dan.
Waqt li qasmet filmat li ż-żewġ uliedha Alicia u Martina ppreparaw għalihom, Charis esprimiet xi jfisser għaliha dan il-jum.
Hija qalet lil Clayton li llum se jsiru ħaġa waħda iktar minn qabel, u se jiċċelebraw l-imħabba tagħhom. Irreferiet għal Clayton bħala l-prinċep tagħha, li minflok mar b’żiemel abjad, mar b’karozza żgħira blu.
Stqarret li minkejja li jkollhom xi jgħidu, kburija li se tkun martu.
“Inħobbok ġmiel id-dinja tiegħi, għalissa u għal dejjem.”
Charis

