Għal darb’oħra, Sibtek li jmiss se jlaqqagħna ma’ diversi karattri interessanti!

Il-personalitajiet li se jkunu qed jakkumpanjaw lil Ryan u Josmar huma l-istilla minn X Factor u kif ukoll ir-rebbieħ Ryan Hili, Norbert Bondin, l-attur Patrick Tanti u Janice Mangion.

Se naraw lil dawn il-personalitajiet Maltin jgħaddu minn diversi sfidi, ċajt u niskopru aktar dwar il-ħajja personali tagħhom!

Bħal dejjem, kollha kemm huma għandhom xi sorpriża li ma kinux qed jistennew! Imma xiex?!

Ma tonqosx ukoll il-mużika live flimkien ma’ Christian Arding.

Jekk tħobb issegwi Sibtek, l-appuntament ta’ kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12:15 ‘l quddiem, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks