Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy qal li huwa kuntent ħafna li l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson rebaħ il-vot ta’ fiduċja nhar it-Tnejn, peress li huwa meqjus bħala “ħabib ta’ veru tal-Ukrajna.”

Huwa qal li filwaqt li ma jistax jikkummenta dwar is-sitwazzjoni interna għaliex ma jafx id-dettalji kollha, din hija aħbar sabiħa u jinsab kuntent li l-Ukrajna ma tilfitx alleat importanti ħafna.

Zelenskyy żied jgħid li Boris huwa konkret ħafna fis-sapport tiegħu lejn l-Ukrajna.

Johnson iltaqa’ ma’ Zelenskyy fi Kyiv f’April li għadda.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks