Select Page

L-Erbgħa filgħaxija, is-sindku ta’ Tas-Sliema, John Pillow, ġie attakkat minn persuni li kienu fuq bajja wara li ġibdilhom l-attenzjoni biex ma jagħmlux il-bżonnijiet naturali tagħhom fuq il-blat.

L-attakk seħħ wara laqgħa tal-Kunsill lokali, hekk kif Pillow mar jiċċekkja x-xatt li fuq ġew irreġistrati lmenti dwar ilma ħażin.

F’kummenti li ta lil Lovin Malta, is-sindku John Pillow qal li hekk kif kien tiela’ t-taraġ, lemaħ żewġ persuni li kienu qed jagħmlu l-bżonnijiet naturali tagħhom fuq il-blat.

Kien proprju wara li ġibdilhom l-attenzjoni li ma jistgħux jagħmlu dan, meta mara bdiet tirreferi għalih bħala “pervert” u r-raġel li kien magħha waddablu flixkun tal-coca minn madwar 6 metri ‘l bogħod.

Is-sindku John Pillow qal li sar rapport lill-pulizija, madanakollu, ir-raġel laħaq ħarab qabel ma waslu.

Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, is-sindku John Pillow irringrazzja lil dawk kollha li wrew solidarjetà miegħu u qal li jittama li l-aggressuri jitressaq lejn il-ġustizzja.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks