L-atturi Alan Fenech u Michelle Zerafa, il-kantanti Dario Mifsud Bonnici, Sebastian Calleja, Daniel Muscat Caruana, il-kantant Taljan Francesco Lentini, Laura Bruno u Ivan Spiteri Lucas u l-illużjonista Kim Woods se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li jixxandar fuq Net TV, kull nhar ta’ Sibt fit-20.30.
Bi preżentazzjoni ta’ Corazón Mizzi din il-ġimgħa The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.
Illejla wkoll se jkun hemm intervista ma’ Hermann Bonaci dwar il-kummiedja mużikali ‘Żeża tal-Flagship’ waqt li nsegwu silta minnha live fl-istudio.
Minbarra l-mużika, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikompli l-logħob bejn il-mistiedna li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq fomm it-telespettaturi.
Attrazzjonijiet oħra jinkludu Fashion Time ma’ Josette Sciberras u l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina.
