Aktar kmieni llum ingħatat l-aħħar tislima lill-eks Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb, li miet nhar id-29 ta’ Mejju fl-età ta’ 68 sena.
Il-korteo telaq mill-isptar Mater Dei u waqaf quddiem il-binja tal-GWU fejn hemmhekk huwa ngħata l-aħħar tislima mit-tmexxija u l-ħaddiema tal-GWU.
Minn hemm il-korteo baqa’ sejjer lejn il-Knisja Parrokkjali ta’ San Publiju, il-Furjana.
Ftit sigħat qabel il-funeral, iben Tony Zarb, Elton, qasam fuq il-midja soċjali l-aħħar filmat u l-aħħar bewsa li missieru bagħat ftit sigħat qabel ma miet.
Din hi l-ahhar bewsa li bghattilna pa ftit sieghat qabel hallejtna. Ghada naghtuk l-ahhar tislima ghaziz ❤️
Posted by Elton Zee on Friday, June 10, 2022
Ikkumenta
