Wara taħdidiet li saru bejn il-pulizija u l-Għaqda Każini tal-Banda, intlaħaq ftehim biex jiġu regolati l-ħinijiet ta’ kemm idumu miftuħin il-każini fil-ġimgħa tal-festa filgħaxija u wara li jintemm il-marċ ta’ filgħodu.

Skont rapporti minn TVMNews, mit-tmiem ta’ servizzi mużikali, attivitajiet fil-każini jistgħu jsiru sa mhux aktar minn siegħa. Wara li tgħaddi siegħa, il-każin se jkun obbligat li jitfi l-mużika u jagħlaq wara nofsiegħa. Dan se jkun japplika għal-lokalitajiet kollha.

Fejn jidħol ħruq tan-nar minn fuq strutturi fil-beraħ u apparat tal-briju, dan jista’ jsir iżda se tkun meħtieġa ċertifikazzjoni ta’ professjonist. Il-professjonist li jagħmel iċ-ċertifikazzjoni jista’ jagħmel ukoll xi kundizzjonijiet li jridu jiġu segwiti minn min jaħraq in-nar.

Din iċ-ċertifikazzjoni se tiġi mitluba mill-Pulizija għall-ħruġ tal-permessi.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks