Tħabbret il-mewt tal-kantant u pjanist Godwin Lucas.

Ġej minn familja ta’ mużiċisti, Godwin Lucas beda l-karriera mużikali tiegħu bħala kantant u pjanist minn meta kellu 16-il sena.

Huwa ħa sehem għall-ewwel darba fil-Malta Song Festival fl-1984 u rebaħ premju bil-kanzunetta Ma Rridx Ninsa.

Fl-1987 rebaħ bosta festivals, u għal darb’oħra l-Malta Song Festival fl-1987, bil-kanzunetta Int. Aktar tard fl-istess sena huwa kklassifika fit-tieni post fil-festival L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta San Niklaw. Fl-1995 reġa’ kiseb it-tieni post fil-Malta Song Festival bil-kanzunetta Gżira ta’ Mħabba u Jekk Tgħid Le.

Huwa baqa’ magħruf l-aktar għall-kanzunetta Għanja Lil Ibni, li kienet ukoll l-isem tal-ewwel album tiegħu, li nieda fl-1996.

Is-sena l-oħra huwa interpreta l-istess kanzunetta man-neputi tiegħu, Mark Spiteri Lucas, fil-festival tal-kanzunetta Maltija, Mużika Mużika, fejn minbarra li kienet l-ewwel darba li kantaw flimkien, kienet ukoll waħda mill-aħħar drabi fejn kanta f’avveniment kbir.

Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Mark Spiteri Lucas sellem lil zijuh Godwin Lucas billi stqarr li qatt ma ħaseb li kien se jkollu jikteb dawn il-kliem daqshekk kmieni.

Huwa rringrazzah tal-legat mużikali li ħalla fil-familja u ta’ kemm aħlegrs nies bil-pjanu u l-vuċi li ssaħħar.

Qatt ma ħsibt li kont se nikteb dal-kelmtejn daqshekk kmieni… Ħallejtna kmieni Uncle G.

Il-ħajja taf tkun inġusta u…

Posted by Mark Spiteri Lucas on Saturday, June 18, 2022

F’isem it-tim ta’ skoperta.net, insellmu l-memorja ta’ Godwin Lucas u nagħtu l-kondoljanzi lill-familja, il-ħbieb u dawk kollha li kienu qrib tiegħu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks