Select Page

Nhar il-Ħamis it-30 ta’ Ġunju, ingħaqad ma’ Ryan u Josmar biex tara t-trasformazzjoni finali tal-proġett fil-programm Home Sweet Home!

Ryan flimkien ma’ Josmar se jħejju programm speċjali sabiex naraw it-tibdil totali ta’ dan il-proġett.

Ċertament kien vjaġġ b’ħafna ostakli però bl-għajnuna tat-tim professjonali kollu, int li ssegwi Home Sweet Home, se tkun tista’ tara trasformazzjoni mill-isbaħ.

Waqt dan il-programm Ryan u Josmar se jiltaqgħu mat-tim kollu ta’ Home Sweet Home sabiex flimkien jaraw ix-xogħol magħqud.

Kulħadd kellu sehem importanti f’dan il-proġett imma tgħid ħa jaqblu bejniethom dwar it-trasformazzjoni finali?

Agħmlu appuntament ma’ Ryan u Josmar għall-aħħar programm ta’ Home Sweet Home, nhar il-Ħamis it-30 ta’ Ġunju fid-9pm fuq TVM.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks