Qalb ta’ Ġesù – Il-Fontana, Għawdex

F’Għawdex din il-ġimgħa tiġi ċċelebrata l-festa tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Fontana, iktar magħrufa bħala tat-Triq tal-Għajn.

Il-vara tal-Qalb ta’ Ġesù hija xogħol l-istatwar Għawdxi Wistin Camilleri u kienet lesta fl-1923.

Il-knisja nbniet kollha mill-flus miġbura mis-sajjieda tal-fontana li kien jistadu fix-Xlendi.

Il-kwadru titulari tal-Qalb ta’ Ġesù huwa xogħol Giuseppe Cali u l-pittura tas-saqaf u l-koppla huma xogħol ta’ Pawlu Camilleri Cauchi.

Tagħrif minn Mario Coleiro.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks