Select Page

Il-Missier.

Ħafna drabi jaħdem fis-skiet.

Dejjem bieżel, dejjem għaddej.

B’imħabbtu bħal għannej

Jgħanni l-għanja ta’ qalbu

Għall-għażiża martu.

Għall-mimmi t’għajnejh uliedu.

Lest li għalihom jagħti ġidu.

Basta jarahom kuntenti.

U jgħixu magħqudin uniti.

Biex qatt ma jaraw lilhom innfushom bħala żvinturati!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks