Ingredjenti (għal 16-il ballun):
160g peanut butter kremuż
100g ħafur (oats), u ftit żejjed għall-irrumblar
Mgħarfa u nofs għasel
40g mini chocolate chips, u ftit żejjed għall-irrumblar
40g flax seed (jekk tippreferi)
Metodu:
- Ħallat l-ingredjenti kollha fi skutella sakemm it-taħlita tiġi magħquda sew.
- Għatti bil-plastik u kessaħ fil-friġġ għal mill-inqas 30 minuta.
- Ladarba t-taħlita tkun kesħet, irrombla fi blalen ta’ madwar 1 pulzier (2.5 ċm). (Dellek ftit butir jew żejt ma’ idejk biex tifforma l-blalen aktar faċli u tevita milli t-taħlita teħel ma’ idejk.)
- Qiegħed saff irqiq ta’ ħafur u chocolate chips fuq bord tat-tqattigħ jew fuq bank u rrombla l-blalen fit-taħlita.
- Dawwar kull ballun bejn idejk biex il-ħafur u ċ-chocolate chips jeħlu sew.
Ikkumenta
