Il-pulizija qed tanalizza u tinvestiga l-aħħar post li kiteb fuq il-midja soċjali Nicholas Camilleri, ta’ 55 sena, li nstab il-katavru tiegħu matul il-lejl li għadda f’kamra fl-inħawi ta’ Għajn Tuffieħa.

Dan wara li kien ġie rrappurtat nieqes, fil-fatt, il-pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku fit-tfittxija għalih.

Il-pulizija qalet li s’issa l-mewt ta’ Nicholas Camilleri ma tidhirx li hija waħda suspettuża.

Fl-aħħar post tiegħu, li kiteb proprju nhar il-Ħamis is-16 ta’ Ġunju 2022, Nicholas, b’mod sarkastiku rringrazza lill-avukata tiegħu u qal li kien ilu 5 xhur jitlobha biex tagħmillu tliet rikorsi u li meta talabha kopja u r-referenzi tagħhom, qatt ma nagħtihomlu. Żied jgħid ukoll li l-istess rikorsi ma kinux jeżistu fis-sistema minkejja li, skont hu, l-avukata tiegħu qaltlu li daħħlithom il-qorti.

Skont ma kiteb Nicholas fl-aħħar post tiegħu, jidher li r-rikorsi li tkellem fuqhom huma dwar kwistjoni li kellu mal-mara tiegħu u skont hu, is-sieħeb tagħha.

Nicholas qal li wieħed mir-rikorsi li hu kien qed jitlob li jsir kien dwar 5 snin ilu, meta skont hu, ħa virus fil-parti intima tiegħu, li kif qal hu, mill-klikka tal-Isptar Mater Dei qalulu li dan il-virus jiġi trasmess mis-sess. Għal dan huwa għamel rimarka għall-eks sieħeb tal-mara tiegħu.

Rikors ieħor, Nicholas qal li kien dwar it-tabib tiegħu, għaliex skont hu, fix-xhieda tiegħu t-tabib ma tħalliex mill-avukat tiegħu stess, jiżvela xi affarijiet dwar l-eks sieħeb tal-mara u qal ukoll li lanqas tħalla jaqra r-rapport li għamel dwar Nicholas fil-qorti.

Fl-aħħar nett, Nicholas qal li huwa vittma ta’ vjolenza domestika u rrimarka wkoll dwar xi membri tal-familja tiegħu stess li qegħdin jgħinu lill-mara.

Gheziez Hbieb,

Nixtieq nirringrazzja lil ghaziza Avukata, ilni nitloba sabiex taghmilli tlett rikorsi hames xhur shah,…

Posted by Nicholas Camilleri on Thursday, June 16, 2022

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks