Sibtek li jmiss speċjali u totalment differenti mis-soltu għax se jkun l-aħħar programm ta’ din l-iskeda!

Se naraw diversi personalitajiet Maltin kollha b’affarijiet differenti u b’intervisti esklussivi!

Il-mistiedna f’din l-edizzjoni speċjali se jkunu:

Maria Formosa, il-mara ta’ Bjorn flimkien mal-kelb tagħhom bl-isem ta’ DAR.

Il-Grupp Kantera, li se magħhom se ngawdu ħafna mużika.

Kurt Calleja, li se jitkellem dwar l-imħabba!

Destiny, li se tiżvela jekk il-Eurovision huwiex fil-pjanijiet futuri tagħha, kif ukoll fuq dak li qed taħdem fuqu.

U sorpriża ħelwa għal Christian Arding ma tonqosx!

Ingħaqad ma’ Ryan u Josmar għall-aħħar programm ta’ Sibtek għal din l-iskeda, nhar is-Sibt il-25 ta’ Ġunju fuq TVM mill-12:15 ‘l quddiem!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks