L-aħħar programm mis-seba’ staġun ta’ The Entertainers, li se jixxandar illejla fit-20:30 fuq NET TV, se jlaqqa’ lill-finalisti żgħażagħ ta’ The Entertainers Singing Challenge fi dwetti ma’ diversi kantanti stabbiliti Maltin u Għawdxin!
Flimkien se jinterpretaw bosta kanzunetti klassiċi Maltin li żgur se jqanqlu nostalġija.
Il-kantanti stabbiliti li kkonfermaw il-parteċipazzjoni f’dan il-programm speċjali huma dawn: Victoria Sciberras, Destiny, Sarah Bonnici, Tiziana Calleja, Drakard, Cherylis Camilleri, Dorothy Bezzina, Eleanor Cassar, Nicole Vella, Jane Pace, Rita Pace, Debbie Scerri, Franklin Calleja u Kersten Graham.
Bi preżentazzjoni ta’ Victorio Gauci u Corazón Mizzi, din il-ġimgħa The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.
Attrazzjonijiet oħra jinkludu Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili minn Josette Sciberras.
