Select Page

L-eks membru parlamentari Laburista Jean Claude Micallef ħabbar fuq il-midja soċjali, li tefa’ n-nomina għall-kariga ta’ Chairman tal-Malta Professional Football Association (MPFA).

In-nomina probabbilment se twasslu biex jikkontesta kontra l-eks Prim Ministru u eks mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat, li din il-ġimgħa ġiet żvelata fil-pubbliku l-possibbiltà li jkun involut fil-qasam tal-isports permezz ta’ din l-istess kariga.

Jean Claude Micallef qal li ħa dan il-pass għaliex ma jista’ qatt jittollera li r-reputazzjoni tal-klabbs Maltin tiġi mtappna.

Żied jgħid li din l-assoċjazzjoni hi magħmula biex l-individwi jservuha u jtejbuha mhux modieħor. Qal li dan il-pass qed jagħmlu b’rispett lejn il-familja tal-futbol li huwa kburi li jifforma parti minnha.

B’dover lejn il-futbol Malti u b’rispett assolut lejn il-clubs li espremew fiduċja biex dak li fassalt sentejn ilu jiġi…

Posted by Jean Claude MICALLEF on Friday, June 24, 2022

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks