San Ġwann Battista – Ix-Xewkija

Il-paroċċa tax-Xewkija kienet l-ewwel waħda li twaqqfet ‘il barra mir-Rabat ta’ Għawdex u fil-kampanja tal-gżira ta’ Għawdex. Din twaqqfet fis-27 ta’ Novembru tal-1678.

Il-knisja li naraw illum inbniet minflok il-knisja l-qadima u nbniet fuq pjanta tal perit Ġużè Galea u kienet lesta f’nofs is-seklu l-ieħor.

Il-vara ta’ San Ġwann Battista nħadmet mill-iskultur Pietru Pawl Caruana.

Tagħrif minn Mario Coleiro.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks