Ingredjenti (għal żewġ porzjonijiet):
4 bajdiet
20g goat cheese, imqatta’
20g ġobon mozzarella, imqatta’
40ml krema friska
Melħ u bżar
Butir biex tidlek il-kontenituri
Għall-wiċċ:
4 slajsis bejken, mixwi sakemm isir iqarmeċ u mbagħad imfarrak f’biċċiet żgħar
Mgħarfa tursin frisk imqatta’
Nofs bżaru tal-kulur, imqatta’ rqiq
Mgħarfa ġobon parmesan maħkuk
Żewġ spring onions, imqatta’ roti
Metodu:
- Idlek kontenituri żgħar bil-butir. (Nota: il-kontenituri għandu jkollhom għatu jew ikunu mgħottija sewwa bit-tinfoil.)
- Saħħan il-forn minn qabel fuq 180°C.
- Ofsoq żewġ bajd f’kull kontenitur.
- Roxx il-melħ u l-bżar.
- Żid nofs il-mozzarella u l-goat cheese f’kull kontenitur.
- Ferra’ 10ml krema friska f’kull kontenitur.
- Għatti bl-għotjien jew bit-tinfoil, u poġġi ġo dixx kbir tal-forn.
- Żid madwar 2ċm ta’ ilma kemxejn sħun ġo d-dixx il-kbir.
- Aħmi fuq 180°C għal 15-il minuta.
- Kif toħroġhom mill-forn, neħħihom mid-dixx il-kbir u ikxef il-kontenituri.
- Aqsam l-ingredjenti tat-tiżjin għall-wiċċ li tkun lestejt bejn iż-żewġ kontenituri.
- Servi immedjatament ma’ ħobz mixwi sħun.

L-ikla t-tajba!
Ikkumenta

Kontributriċi