Select Page

Il-koppja Amerikana li ġiet miċħuda t-talba tagħha li titwaqqaf tqala mhix vijabbli fl-isptar Mater Dei beħsiebha tieħu azzjoni legali kontra l-gvern Malti għal dak kollu li kellhom jgħaddu minnu.

Il-koppja, li kellha tiġi trasferita lejn Spanja biex il-proċedura meħtieġa tkun tista’ sseħħ, qalet lit-Times of Malta li ladarba jkunu lura d-dar u jirkupraw ftit minn dak li għaddew minnu f’dawn l-aħħar jiem, se jieħdu kull azzjoni disponibbli kontra l-gvern Malti.

Jay Weeldreyer, is-sieħeb ta’ Andrea, li għandu 45 sena qal lit-Times of Malta, li sar lilhom kien inuman u għalhekk se jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jipprevjenu milli jerġa’ jiġri.

Huwa qal li l-idea li xi politiku jiddeċiedi abbażi tat-twemmin tiegħu li l-mirakli huma aktar importanti mill-mediċina u li n-nisa ma ħaqqhomx li jkollhom ħajjithom protetta jeħtieġ li tispiċċa.

Andrea Prudente, li għandha 38 sena, qalet li ma setgħetx tifhem għaliex ħajjitha tpoġġiet f’riskju għal tarbija li kienet diġà tilfet ħajjitha.

Żiedet tgħid li t-telfa tat-tarbija hija diġà terribbli u ma’ dik it-telfa kellhom jgħaddu minn dak li huma ħassewh bħala tortura u għalxejn. Hija qalet li kieku setgħet tiġi salvata t-tarbija kienu jsalvawha imma dan ma setax iseħħ.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks