Select Page

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat inħatar bħala ċ-Chairman ta’ assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-klabbs tal-futbol professjonali ta’ Malta, minkejja li nofs il-presidenti tal-klabbs tal-futbol professjonali ta’ Malta ma vvutawx favurih.

L-aħbar ġiet ikkonfermata mill-Malta Professional Football Clubs Association.

Fi stqarrija, l-MPFCA qalet li l-klabbs tal-Premier League ħatru lil Joseph Muscat bħala Chairman tal-Malta Professional Football Clubs Association, u li se jkun qed imexxi l-MPFCA biex jiġu implimentati riformi li se jwasslu biex tiġi ffurmata organizazzjoni li tmexxi l-Premier League b’mod separat mill-Malta Football Association (MFA), bi ftehim mall-MFA, skont l-istess strategija tal-MFA.

Il-klabbs ħadu vot sigriet bir-riżultat ikun 7 voti favur, 4 voti kontra u 3 astensjonijiet. B’hekk il-vot għadda u ġie aċċettat mill-klabbs kollha.

L-MPFCA qalet li l-bidliet li se jiddaħħlu għandhom iwasslu biex il-Premier League isir aktar professjonali u sostenibbli, jattira aktar nies bħala spettaturi fl-istadiums u fuq it-televiżjoni, ikun hemm aktar solidarjetà u investiment fil-players żgħażagħ, ikun hemm aktar involviment ta’ nisa fit-tmexxija, u biex il-klabbs Maltin isiru aktar kompetittivi fuq livell Ewropew.

Min-naħa tiegħu, Joseph Muscat, filwaqt li rringrazzja lill-klabbs tal-Premier League għall-ħatra tiegħu, wiegħed riforma għall-Malta Premier League.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks