Żewġ nisa ġew arrestati wara li ppruvaw joħorġu 109 annimal ħajjin bil-kuntrabandu mit-Tajlandja fil-bagalji tagħhom.
L-uffiċjali skoprew 35 fekruna, 50 kamaleonti, 20 serp, żewġ porcupines bojod u żewġ armadillos fil-bagalji tagħhom.
Iż-żewġ nisa kienu qed jippruvaw jitilgħu fuq titjira tat-Thai Airways lejn l-Indja, u tqajmu suspetti wara dik li kellha tkun spezzjoni ta’ rutina permezz ta’ X-Ray.
It-tnejn ġew arrestati u akkużati bi ksur tal-Att dwar il-Preservazzjoni u l-Protezzjoni tal-Organiżmi Slavaġ, l-Att dwar id-Dwana u l-Att dwar l-Epidemija tal-Annimali tat-Tajlandja.
L-inċident seħħ fl-Ajruport Suvarnabhumi ta’ Bangkok.
Skont Traffic, organizzazzjoni mhux governattiva li tissorvelja l-kummerċ tal-annimali selvaġġi, inċidenti bħal dawn huma problema “serja u li qed tikber”.
Skont rapport li ħareġ f’Marzu li għadda, dan huwa r-raba’ l-akbar kummerċ illegali fid-dinja wara t-traffikar tal-armi, id-droga u l-bnedmin, u ta’ spiss jorbot ma’ forom oħra ta’ kriminalità serja bħall-frodi, il-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni.
Motivazzjonijiet komuni għall-kuntrabandu ta’ annimali selvaġġi jinkludu l-użu tagħhom għall-ikel, mediċini tradizzjonali, artefatti, moda u annimali domestiċi eżotiċi.
Bejn l-2011 u l-2020, ir-riċerka tat-Traffic tgħid li aktar minn 70,000 annimal selvaġġ, inklużi l-partijiet tal-ġisem jew id-derivattivi tagħhom, instabu fl-ajruporti Indjani.
U l-Ajruport Internazzjonali ta’ Chennai, fejn iż-żewġ nisa arrestata kienu se jivvjaġġaw, kellu l-ogħla numru ta’ inċidenti bħal dawn fil-pajjiż.
