Kmieni dalgħodu, anzjana ta’ 92 sena waqgħet minn għoli ta’ madwar sular f’San Vinċenz de Paul.

Skont rapporti minn TVMNews, l-anzjana waqgħet minn tieqa ta’ kamra tal-banju.

Hija ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza iżda s’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tal-anzjana.

Il-pulizija għaddejja bl-investigazzjoni tagħha.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks