L-anzjana ta’ 92 sena li dalgħodu waqgħet minn tieqa ta’ kamra tal-banju f’San Vinċenz tinsab fil-periklu tal-mewt.

Hija ttieħdet l-isptar Mater Dei fejn irriżulta li qed issofri ġrieħi serji.

Il-pulizija ssejħet fuq il-post kif ukoll infetħet inkjesta maġisterjali dwar il-każ immexxija mill-Maġistrat Elaine Mercieca.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks