Ingredjenti (għal 4 porzjonijiet):
4 bżar ikkuluriti
Basla, tewm u żejt taż-żebbuġa
150g buckwheat jew barley jew ross
Tazza cherry tomatoes
Tazza tadam imqadded
Nofs tazza kappar
Tazza żebbuġ imqatta’
Karotta imqatta’
Ħwawar friski bħal mint u thyme
Nofs tazza żerriegħa tal-qara ħamra mixwija
Nofs tazza sunflower seeds mixwija
Għall-wiċċ:
Kuċċarina extra virgin olive oil
Nofs tazza lemon juice
Nofs kuċċarina apple cider vinegar
Qoxra tal-larinġ
Metodu:
- Qalli l-basla u t-tewm fiż-żejt taż-żebbuġa sakemm jiġi ħamrani.
- Itfa’ c-cherry tomatoes u tadam imqadded u ħawwad.
- Żid il buckwheat jew barley u itfa’ l-ilma skont kemm ikun hemm bżonn (eżempju tazza ilma għal tazza barley) u kompli ħawwad.
- Itfa’ l-ħwawar u ħallih sakemm l-ilma jinxef.
- Itfa’ ż-żebbuġ u l-kappar
- F’taġen itfa’ ż-żerriegħa sakemm jibdew ifuħu, imbagħad itfagħhom mat-taħlita.
- Naddaf il-bżar ikkuluriti u aqta’ l-biċċa ta’ fuq tal-bżar (tista’ titfagħhom fil-ġenb u tużahom biex tgħatti il-bżar wara li timlihom).
- Imla l-bżar ikkuluriti bit-taħlita u itfagħhom fil-forn, għal mhux aktar minn 30 minuta.
- Ipprepara skutella u itfa’ l-qoxra tal-larinġ, iż-żejt taż-żebbuġa u apple cider vinegar, ħawwad sew u servih fuq il-bżar wara li toħorġu mill-forn.
- Servih bil-ħxejjex li tippreferi u bil-patata l-forn jew kif tippreferiha.
L-ikla t-tajba!
Ikkumenta
